Aaron Ciantar, champion tad-dinja għaIl-ħames darbiet tal-Powerboats ħabbar il-parteċipazzjoni tiegħu bħala wild card fil-GP3 li jmiss li se ssir f’Citta di Cervia, l-Italja bejn it-2 u l-4 ta’ Settembru.
Din hija l-ewwel darba li l-fundatur tal-Kampjonati tad-Dinja Voomquest V2 se jkun qed jikkompeti f’Voomquest Grand Prix, wara li ngħataw dħul bħala wildcard. Ciantar ser jtellaq bl-isem ta’ Chaudron, u miegħu se jingħaqad Ryan Micallef.
Il-ħiliet ta’ Ciantar se jkunu mħarrġa sew għall-ewwel darba fil-kampjonati li żviluppa hu stess. Figura rispettata sew fiċ-ċirkwit tat-tlielaq internazzjonali, ir-reputazzjoni ta’ Ciantar bħala sewwieq tas-sengħa u bennej tad-dgħajjes ikkontribwixxa għall-aċċettazzjoni ta’ Voomquest mill-Union International Motonautique biex issir avveniment tal-Kampjonat tad-Dinja.
Jiddebuttaw ukoll fit-tielet Grand Prix tas-sena Warson Motors Racing Team. Misjuq minn Kevin Rey u Thierry Turuvani, it-tim se jkun qed jiġru taħt il-bandiera Żvizzera.
B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem sitt timijiet, u ftit li xejn hemm dubju li l-leaders attwali tal-Kampjonati El Diablo (Clive Butler / Sammy Grima) se jkunu qed jissieltu biex iżommu l-ewwel post fil-Kampjonati. Minkejja dan, mistenni jsir dwel interessanti għall-punti tal-kampjonat bejniethom u Interceptor Remax (Sam Howes/Michael Xuereb). Id-dħul b’wildcard tax-Chaudron, mhux se jiġu allokati punti tal-kampjonat madankollu mistennija jipproduċu xi tlielaq spettakolari matul tmiem il-ġimgħa.
Din mhix l-ewwel darba li l-Kampjonati tad-Dinja tal-Voomquest seħħu ’il bogħod mill-ibħra Maltin. Fl-2018 it-timijiet tellqu f’Chioggia u Ischia fl-Italja, u fl-2019, tellqu f’Ragusa.
“Li mmorru lil hinn minn Malta biex ntellequ f’ibħra mhux familjari tagħmel il-Voomquest GP saħansitra aktar eċċitanti għat-timijiet tagħna. Minbarra li tipprovdi lit-timijiet tagħna l-opportunità li jtellqu f’ambjent differenti u‘l bogħod minn Malta, tgħinna wkoll fit-tentattivi tagħna biex nespandu l-Voomquest fuq livell internazzjonali. Ninsab u eċċitati ħafna li ser ntellqu mat-timijiet li naħdem mill-qrib magħhom.” Stqarr b’entużjażmu Aaron Ciantar, il-fundatur ta’ Voomquest. “Ikun tajjeb li nerġa’ lura għat-tlielaq, aktar milli nissorvelja l-proċeduri kif nagħmel normalment”.
It-tlielaq se jsiru bejn il Ġimgħa u l-Ħadd 4 ta’ Settembru. Aġġornamenti diretti se jingħataw fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Voomquest.
Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċi tal-korp governattiv fid-dinja UIM u huwa appoġġjat minn Enemed, Yachting Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Chaudron Powerboats, u Virtu Ferries.
Il-Klassi Voomquest ġiet maħluqa minn Aaron Ciantar, rebbieħ tat-titlu Dinji tal-Powerboats, għall-ħames darbiet. Il-i l-ħolma li jkollu klassi ta’ disinn wieħed twieldet mill-esperjenza tiegħu fiċ-ċirkwit tat-tlielaq tal-powerboat.
Il-Klassi Voomquest V2 tieħu huwa isem mill-buq forma V. Id-disinn wieħed Chaudron SVR27 hija dgħajsa magħluqa, 27 pied twila u sitt piedi wiesgħa u hija mgħammra b’magna waħda tat-tlielaq Mercury 300HP. Il-piż minimu tiegħu huwa ta’ 1450 kilogramma skont ir-Regoli tal-UIM.
Billi hija Klassi b’disinn wieħed, Voomquest toffri tlielaq mill-qrib u kompetizzjoni iebsa iżda fl-istess ħin ġlieda ġusta għal kulħadd.