Il-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu fi Brussell fid-9 ta’ Settembru biex jieħdu azzjoni ta’ emerġenza biex issir riforma fis-suq tal-enerġija.
L-iskop tal-laqgħa se jkun li l-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni malajr biex issir riforma fis-suq tal-enerġija,lminħabba li l-prezzijiet żdiedu b’mod allarmanti kaġun tal-kriżi tal-enerġija kawża tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Din il-laqgħa se ssir wara li, f’Lulju li għadda, f’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea, Malta nnegozjat b’suċċess deroga minn regolament obbligatorju tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Istati membri tal-Unjoni jnaqqsu sostanzjalment l-użu tagħhom tal-gass bi 15 fil-mija.
Din il-kriżi tal-enerġija qed twassal biex bliet madwar l-Ewropa qed jintfew kompletament sabiex inaqqsu l-konsum tal-elettriku.