Johan Attard kiseb it-tieni suċċess tiegħu f’ dan l-istaġun meta ġewwa l-Kazin Banda San Gorg rebaħ l-ewwel International Rules Tournament organizzat mill-Malta Pool Association. Fil-finali tat-tournament huwa għeleb lil Dejan Grech bl-iskor ta’ 8-6. Il-finali ntlagħbet ġewwa l-Arena ġdida tal-assocjazzjoni b’ innovazzjonijiet diġitali ġodda. Attard fetaħ vantaġġ ta’ 4 frames bi Grech jirkupra tajjeb u jagħmel l-iskor 4-3. Pero dan ma kienx biżejjed biex iwaqqaf lil Attard li għamel numru ta’ clearances bi stil eleganti u kiseb ir-rebħ tat-titlu biex b’ hekk issa kiseb post fil-playoffs tar-rebbieħa li jistgħu jirbħu parteċipazzjoni internazzjonali fl-Ultimate Professionals Tour li jintlagħab fl-Ingilerra.
It-tieni serje tal-International Rules ser tintlagħab bejn it- 12 u 16 ta’ Settembru.