Fl-aktar logħba mistennija mit-tieni ġurnata tal-Kampjonat Premier iċ-ċampjins Hibernians FC ġew megħluba minn Hamrun Spartans bl-skor ta’ 4 – 1.
Kienu Hamrun li marru fil-vantaġġ wara biss sitt minuti permezz ta’ Emerson Marcelina bl-Spartans jagħmluhom tnejn fil-21 minuta permezz ta’ Jonny Robert Do Nascimento Torres biex sat-tmiem l-ewwel taqsima l-skor baqa dak ta’ 2 – 0.
Fit-tieni taqsima Hibernians ħarġu ftit aktar aggressivi fit-tentattiv li jerġaw jidħlu fil-logħba u filfatt fil-73 minuta Jurgen Degabrielle naqqas id-distakk għal 2 – 1.
Matul il-partita ingħataw xejn anqas minn għoxrin minuta ta’ ħin żejjed minħabba inċident li kellna fil-konfront bejn Henry Bonello ta’ Hamrun u Yunusa Muritala ta’ Hibernians u f’dawn l-għoxrin minuta l-Spartans skorjaw darbtejn oħra.
Erbatax il-minuta fuq il-ħin u Elvis Mashike Sukisa jagħmel l-skor 3 – 0 bl-stess plejer jerġa jitfa fix-xibka ta’ Hibernians tlett minuti biss wara għal skor finali ta’ 4 – 1.
Il-konfront kien ikkontrollat minn Ishmael Barbara.
Ritratt: Hamrun Spartans FC Media