Raġel instab ħati u ġie mmultat ħamest elef ewro wara li ma tax il-posta lil martu.
Din il-koppja għaddejja minn proċess ta’ separazzjoni u r-raġel li għandu 53 sena kien akkużat li fis-6 ta’ Awwissu 2021 m’għaddiex oġġetti postali lil martu fosthom l-vawċers tal-Gvern.
Għalkemm ma baqgħux jgħixu flimkien il-mara żammet il-karta tal-identità fuq l-indirizz fejn kienu jgħixu fir-Rabat.
Il-mara xehdet li meta ma rċevitx il-vawċers u meta iċċekkjat sabet li kienu tqassmu u ffirma għalihom raġel.
Rappreżentant tal-Maltapost ukoll xehdet li l-vawċers kienu tqassmu fl-indirizz imsemmi.
Il-Maġistrat Monica Vella kkonkludiet li mill-provi rriżulta li l-akkużat m’għaddhiex il-posta lil martu. Hija sostniet li kien obbligu tar-raġel li jgħaddi l-posta lil min kien intitolat għaliha.