Bejn il-Ġimgħa u illum qed tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat Premier Malti bit-timijiet ta’ Valletta FC u Balzan FC fost it-timijiet li jħallu timbru b’saħtu.
Fl-ewwel partita tal-Ġimgħa fic-Centenary Stadium Gudja United u Gzira United ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 3-3.
Kieku Gudja li bdew mal-ewwel fuq l-attakk u ta’ dan ġew premjati hekk kif fil-19 il-minuta huma fetħu l-iskor permezz ta’ Vito Plut. Ħames minuti wara u t-tim ta’ Gudja għamlu l-iskor 2-0 grazzi għal Samuel Gomez Da Mata.
Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima u Gzira United spiċċaw b’raġel anqas meta tkeċċa għalihom Lucas Carlos Riascos li dabbar żewġ karti sofor f’spazju ta’ ftit minuti. Fit-42 minuta Gzira United naqsu l-marġini ta’ l-iskor peress tas-solitu Jefferson De Assis għal 2 – 1 sal-mistrieħ.
65 minuta logħob u l-marrons ġabu l-iskor indaqs permezz tas-sostitut Maxuell Maia. Gżira marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ fil-72 minuta b’gowl ta’ Jefferson De Assis li għaqqad dopejetta.
Hekk kif kollox deher li Gzira kienu ser jtemmu l-partita b’rebħa, Gudja United kellhom ħsibijiet oħra u erbgħa minuti mit-tmien kien s-sostitut Johann Bezzina li tefa’ l-ballun fix-xibka, biex bl-iskor ta’ 3-3 intemmet din il-partita.
Fit-tieni partita tal-ġimgħa Valletta għelbu lill-Pieta Hotspurs bl-iskor kbir ta’ 6-0. Valletta marru fil-vantaġġ fit-30 minuta permezz ta’ Killian Bevis u għaxar minuti wara Shaun Dimech minn penalty għamel l-iskor 2-0. Fl-aħħar azzjoni ta’ l-ewwel taqsima Valletta skorjaw t-tielet gowl tagħhom permezz ta’ Oke Akpoveta.
Minuta mil-ftuħ tat-tieni taqsima u Valletta reġgħu kabbru l-iskor din d-darba grazzi għal Enmy Pena Beltre, biex l-iskor sar 4-0. Eslit Sala fil-55 minuta u Jean Marie Ulrich Nnomo Ngong minn penalty fil-61 minuta s-siġġilaw ir-rebħa ta’ 6 – 0 għal beltin.
Fl-unika partita tas-Sibt fit-Tony Bezzina Stadium Sirens FC u Floriana FC temmew il-konfront fid-draw ta 2-2.
Wara biss 4 minuti logħob kienu t-tim ta’ Sirens li fetħu l-iskor permezz ta’ Alex Cini u ma kważi nofs sigħa logħob Sirens kabbru l-marġini tal-iskor grazzi għal Ivan Veslinov Kolev.
69 minuta u Sirens spiċċaw b’plejer anqas meta tkeċċa Alex Cini għat-tieni karta safra. F’spazzju ta’ żewġ minuti Floriana FC skorjaw darbtejn permezz ta’ Andrei Ciolacu għal 2 – 2 riżultat finali.
Fl-unika partita tas-Sibt fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Birkirkara FC għelbu lill-Żebbug Rangers FC. Wara 8 minuti logħob Żebbuġ fetħu l-iskor permezz ta’ Stanimir Miloskovic iżda Birkirkara ġabu l-iskor indaqs fis-37 minuta permezz ta’ Kevin Tulimieri.
Birkirkara skurjaw il-gowl li tagħhom t-tlett punti fid-59 minuta permezz ta’ Enzo Daniel Cabrera.
Fil-partita l-oħra tas-sibt Mosta rebħu lill-Marsaxlokk 4-1. Mosta FC fetħu l-iskor wara kważi kwarta logħob permezz ta’ Christ Ememe bl-stess plejer jkabbar l-vantaġġ fil-36 minuta. Ħames minuti qabel l-intervall Clayton Failla għamilhom 3 – 0.
Minuta min tmiem l-ewwel taqsima u Marsaxlokk naqsu l-marġini ta’ l-iskor permezz ta’ Tiago Adan Fonseca.
Fil-88 minuta Mosta skorjaw r-raba’ gowl tagħhom mill-ġdid permezz ta’ Christ Ememe.
Fl-unika partita tal-Ħadd mill-Kampjonat Premier Balzan Fc rebħu 2 – 0 kontra Santa Lucia FC. Balzan fetħu l-iskor ma’ kważi kwarta logħob permezz ta’ Matheus Nogureira Albuguerque de Sousa biex fil-25 minuta Uros Ljubomirac għamilhom 2 – 0.
Illejla l-partissima Hibernians kontra Hamrun fil-19.30.