L-Amerika b’tentattiv ieħor li tibgħat lin-nies fuq il-qamar wara ħamsin sena fi proġett Artemis.
Fil-fatt, l-Aġenzija Spazjali Amerikana, in-NASA se tkun qed itella’ l- vettura spazzjali Space Launch System aktar tard illum għall-ħabta tas-2.30pm.
Din il-vettura hija l-aktar waħda b’saħħitha li qatt ġiet żviluppata min-NASA. Din il-vettura, li mhux se jkun persuni fuqha, se tkun qed titfa kapsula bħala test għal riskji meta eventwalment jintbgħat ekwipaġġ fuq il-qamar. Il-vettura se tirritorna sitt ġimgħat oħra.