Il-Ministeru għal Għawdex u l-FKNK qablu fuq prattiċi pożittivi dwar il-kaċċa tal-gamiem fl-istaġun ta’ Settembru li ġej flimkien ma’ proġett ta’ riċerka dwar l-għasafar tal-għana f’din il-ħarifa.
Dan waqt laqgħat li saru aktar kmieni din il-ġimgħa u li f’waħda minnhom kien hemm preżenti wkoll uffiċjali mill-Ministeru u mit-taqsima tal-Wild Birds Regulation Unit, hekk kif intqal li dawn iż-żewġ prattiċi għandhom ikunu użati mill-kaċċaturi u n-nassaba b’mod legali, però ukoll b’mod prattiku.
Intqal ukoll kif id-dejta li jirrappurtaw il-kaċċaturi u n-nassaba waqt dawn l-istaġuni se tkompli tikkontribwixxi għal provi ta’ sostenibbilita’ taż-żewġ prattiċi.
Intant l-FKNK fakkret lin-nassaba, kemm dawk li jridu jipparteċipaw fil-proġett tar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana, kif ukoll lil dawk li jridu jonsbu għall-pluvieri u/jew l-imlivezz, li għandhom mit-Tnejn 29 t’Awwissu sas-Sibt 3 ta’ Settembru 2022 sabiex imorru bl-applikazzjonijiet li rċevew f’waħda mill-fergħat tal-MaltaPost f’Malta jew Għawdex