Ir-referee malti tal-waterpolo Ronnie Spiteri, fi tmiem il-ġimgħa , ikkontrolla l-finali tal-kampjonat tad-dinja U16 bejn il-Greċja u l-Ungerija. Kampjonat li kien qed isir f’Volos il-Greċja.
Unur għal Spiteri u għall-komunita’ tal-waterpolo maltija li uffiċjal minn tagħna intagħżel sabiex jikkontrolla finali ta’ livell għoli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għall-kronaka, l-finali ġiet mirbuħa mill-Ungerija bl-iskor ta’ 11-10.
Kampjonati li fihom Malta kellha prestazzjoni ill-aqwa hekk kif it-team nazzjonali temm l-impenji tiegħu fit-12 -il post minn total ta’ 25 pajjiż.