Il-Ġnus Magħquda appellat biex b’mod immedjat jieqfu l-attakki bejn Libjani li jappartjenu għall-politika differenti, li qegħdin jħallu diversi mejta.
Fil-kapitali Libjana, Tripli, minn tal-inqas tiflu ħajjithom tlieta u għoxrin persuna u għexieren ndarbu waqt kunflitti, li ilu jikkaraterizza lil dan il-pajjiż minn tal-inqas mill-2011 wara t-tneħħija ta’ Muammar Gaddafi mill-poter.
Dan l-aħħar, il-Libja kienet qed tgawdi perjodu relattivament kalm, iżda s-Sibt, il-forzi tal-Gvern rikonoxxut intenazzjonalment, kellhom konfront mal-milizja ta’ Fathi Bashagha, meqjus bħala Prim Ministru mill-Parlament tal-Lvant.
Fl-aħħar sigħat ġew irrapurtati attakki żgħar b’armi tan-nar u splużżjonijiet f’diversi żoni madwar il-pajjiż.
Dan bil-konsegwenza li ġew evakwati numru ta’ persuni minn djarhom filwaqt li s-servizzi tas-saħħa qalu li numru ta’ sptarijiet intlaqtu minn dan il-ġlied.