Il-klabb tar-Regatta tal-Isla flimkien mal-Kunsill Lokali tal-istess lokalita’ onoraw lill-ex president tal-klabb tar-Regatta senglean Żaren Mifsud b’ċerimonja li saret biswiet il-klabb.
Żaren Mifsud kien għal diversi snin president tal-klabb senglean u matul il-presidenza tiegħu intrebħu bosta unuri. Huwa serva wkoll għal bosta snin bħala president tal-Għaqda Regatta Nazzjonali.
Matul iċ-ċerimonja saru diskorsi, fost oħrajn mis-sindku tal-Isla Clive Pulis flimkien mal-president tal-klabb tar-Regatta tal-Isla Charmaine Gerada. Inqrat ukoll il-bijografija ta’ Zaren Mifsud.
Fi tmiem iċ-ċerimonja ġiet inawgurata irħama kommemorativa li se titwaħħal fi triq li se tissemma’ għall-istess Żaren Mifsud.