Tmien plejers jinsabu b’punti massimi u rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu fil-grupp rispettiv tagħhom hekk kif bħalissa għaddej il-kampjonat nazzjonali tal-Blackball organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.
Hekk kif illum tintlagħab it-tielet ġurnata ta’ dan it-turnament, s’issa Mevrick Zammit, Dejan Grech, Ryan Pisani, Owen Amato, Lydon Debono, Johan Attard, Steven Muscat u Leon Azzopardi rebħu l-ewwel logħbiet tagħhom bl-objettiv ewlieni tagħhom hu li jikkwalifikaw għat-tieni fażi ta’ din il-kompetizzjoni.
Sadanittant għada tintlagħab il-fażi tal-aħħar sittax sabiex jiġu magħrufa l-kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni ferm prestiġġjuża.
Il-finali hi skedata għal bħal-lum ġimgħa u tibda fis-7.30pm. Il-logħob kollu qed jintlagħab fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.