Riżultati tad-DNA kkonfermaw li l-katavru li kien nstab f’għalqa taħt is-siġar fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa, ġie identifikat bħala dak ta’ Karmenu Fino.
Dawn ikkonfermaw li l-katavru huwa ta’ Karmenu Fino, l-anzjan ta’ 83 sena li kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Ġunju, fejn l-aħħar li deher kien f’Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-analiżi forensiċi permezz tat-testijiet tad-DNA kienu meħtieġa minħabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat mill-ewwel.
Mill-awtopsja li kienet saret irriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni u l-mewta mhiex waħda suspettuża.