Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Etjopja residenti l-Ħamrun, ġie arrestat mill-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan wara li fl-aħħar ġranet allegatament seraq minn diversi karozzi fis-Swieqi u Pembroke.
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa (0100hrs), il-Pulizija rċeviet informazzjoni li kien intlemaħ raġel suspettuż idur ma’ xi vetturi. Għalhekk żewġ uffiċjali li kienu fuq ronda fl – akwati marru immedjatament fuq il-post u sabu lir-raġel fi Triq Mons. Alfredo Mifsud, Pembroke.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa kien arrestat u fil-pussess tiegħu nstabu oġġetti li wara rriżulta li kienu għadhom kemm insterqu minn xi vetturi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.