Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla bl-istess negattività u rettorika li kkaratterizzaw l-intervisti u d-diskorsi tiegħu fil-kampanja elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali.
Dan waqt kollegament telefoniku li għamel fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista l-Erbgħa waranofsinhar.
Grech qal hekk wara li l-Gvern kien ħabbar l-investiment fin-nies ta’ sebgħin miljun ewro li kien jinkludi ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa ferm iktar b’saħħtu għall-ħaddiema u ċekk addizzjonali għal kulħadd biex jistimula l-ekonomija fi żmien ta’ rkupru.
“Mur iffranka mill-ħela li ħlejtu biex erġajtu tlajtu fil-Gvern.”
Il-kritika mill-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ dawn iċ-ċekkijiet t’għajnuna dejjem kienet waħda ħarxa. Peter Agius, kelliem ta’ Bernard Grech, qal: PETER AGIUS
“X’tgħidilha dik, mhux soppa msaħħna?”
Bħal ta’ qablu, Bernard Grech kien saħaq li l-Gvern xtara l-voti wara li sofra l-akbar telfa elettorali mill-Indipenza ’l hawn.
“Nefaqhom biex ikun jista’ jixtri l-voti tal-poplu Malti u Għawdxi.”