Il-kowċ tat-team nazzjonali malti tal-irġiel tal-waterpolo Karl Izzo ħabbar l-iskwadra finali ta’ erbatax il-plejer li se jieħu miegħu għall-Kampjonat tal-Ewropa li se jsir fi Split il-Kroazja il-ġimgħa d-dieħla. Il-plejers ġejjien minn tliet klabbs prinċipali: San Ġiljan, Neptunes u Sliema.
Il-plejers magħżula minn Karl Izzo huma:
Jake Tanti , Andreas Galea , Darren Zammit , Matthew Zammit , Ben Plumpton , Nikolai Zammit (San Ġiljan)
James Gambin , Nicholas Bugelli , Benjamin Cachia, Dino Zammit , Nicholas Kane Grixti , Liam Galea (Sliema)
Sam Gialanze & Jeremy Abela (Neptunes)
Nieqsa mill-iskwadra tat-tim Malti hemm plejers importanti bħal Stevie Camilleri, Jordan Camilleri u Jerome Gabarretta li għal raġunijiet personali ma xtaqux li jkunu parti mill-iskwadra. Nieqes ukoll Jake Muscat li qed jirkupra minn operazzjoni fl-irkoppa li għamel ftit ilu.
Jakkumpanjaw lil Karl Izzo fil-Kroazja se jkun hemm ukoll il-kowċ tal-goalkeepers Dejan Ilic u l-fiżjoterapista Edward Bonello. L-assistent ta’ Izzo, Anthony Farrugia, bħalissa jinsab impenjat mat-team nazzjonali ta’ taħt is-sittax -il sena fil-kampjonat tad-dinja fil-Greċja.
It-team malti jidħol fl-azzjoni nhar it-Tnejn 29 ta’ Awwissu meta fi-9 ta’ filgħaxija jilgħab logħba diffiċli kontra l-organiżżaturi l-Kroazja.
L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu it-team malti jilgħab kontra l-Greċja, filwaqt li l-Ġimgħa 2 ta’ Settembru kontra Franza.
Wara l-logħbiet ta’ klassifikazzjoni, l-impenji tat-team malti jintemmu fis-6 ta’ Settembru.