Matul dawn l-aħħar tliet snin Caritas ħadmet qatigħ biex persuni bi problema tad-droga jew bi problemi ta’ saħħa mentali ikollhom l-għajnuna neċessarja.
F’konferenza tal-aħbarijiet kmieni dalgħodu Caritas ta rendikont fuq servizz ta’ rijabilitazzjoni bl-isem ta’ HelpEx.
Dan is-servizz bi sħubija ma’ tmien organizazzjonijiet f’sitt pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huwa mmirat għal taħriġ ukoll biex eks-pazjenti li ingħataw dan is-servizz, issa jsiru assistenti u jgħinu aktar nies li għandhom bagalja ta’ problemi.
Matthew Pulis, ħaddiem tal-Fondazzjoni Richmond li jbgħati hu stess jbati minn psikożi, qal li jħossu fortunat li għandu l-opportunità jgħin nies u jaqsam l-istorja tiegħu ma’ ħaddieħor.