Il-Fondazzjoni U flimkien mal-Patrijiet Kapuċċini ġabru somma sostanzjali mill-Maratoni biex jipprovdu ambulanza li tgħin lil persuni feruti fil-gwerra tal-Ukrajna.
Propju f’jum l-Indipendenza tal-Ukrajna, ġiet mogħtija ambulanza lil Ukreni f’isem il-Maltin. Din l-ambulanza li ser ikollha diversi mediċini. Il-fondi biex setgħet tinxtara l-ambulanza kien peremezz ta’ Maratona li seħħet f’April li għadda.
Barra minn hekk ingħataw ukoll somma sostanzjali lil Ukreni li kellhom jitilqu l’barra minn pajjiżhom. Preżenti għal għotja tal-ambulanza kien hemm l- Ukreni. Huma irringrazzjaw lil Maltin kollha tal-għajnuna u tal-ambulanza li ser tkun ta’ użu kbir.
Ser tittella’ il-31 edizzjoni ta’ Maratona fid-9, l- 10 u l- 11 Settembru. L-għan tal-Maratona din id-darba se tkun bil-għan li jinġabru flus għat-tfal.