Sirens ikkonfermaw l-istatus tagħhom bħala l-aqwa tim tan-Nisa tal-Water Polo billi rebħu L-Kampjonat BOV tal-Water Polo tan-nisa għat-tieni sena konsekuttiva.
Sirens għelbu lil San Giljan 9-8 fil-Finali f’partita missielta li rat lil San Giljan fuq quddiem 5-4 f’nofs il-partita. Sirens skurjaw 4 gowls mingħajr risposta minn San Giljan fit-tielet sessjoni biex ħadu vantaġġ ta’ 8-5. Madankollu fl-aħħar sessjoni, gowl ta’ Michela Zammit u 2 gowls ta’ Elena Borg ġabu lit-timijiet indaqs 4 minuti mit-tmiem tal-partita. Sirens reġgħu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Denise Micallef u rnexxielhom jikkontrollaw il-vantaġġ tagħhom sas-suffara finali.
Joe Agius, Chief Technology Officer fi ħdan il-Bank of Valletta, akkumpanjat minn Joe Caruana Curran, President tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta ppreżenta l-midalji u t-trofew tal-Kampjonat BOV Water Polo tan-nisa liċ-Champions il-ġodda.