Il-gżejjer Maltin u s-sbuħija li joffru ġew promossi f’Bodrum fit-Turkija fejn permezz ta’ avveniment imħejji mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Heritage Malta, bosta turisti ġew attirati minn madwar it-Turkija.
Tul dan l-avveniment ttellgħet preżentazzjoni li toffri togħma u esperjenza tal-kultura rikka tal-gżejjer Maltin. Minn hemm dan l-avveniment offra wkoll togħma oħra permezz ta’ xarbiet differenti magħmulin minn riċetti mill-arkivji storiċi tat-tim ta’ Heritage Malta.
L-avveniment bl-isem ta’ “A Taste of anatolia in Maltese History”, ttella’ f’Bodrum fejn saru diversi preżentazzjonijiet li offrew aktar tagħrif dwar il-gżejjer Maltin.