Żgħażugħ Serb ta’ 20 sena weġġa’ gravi wara li kien qed isuq e-kick scooter, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.