Terence Azzopardi rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu wara li daħal fil-ħames post fil-Finali Klassi A, s-Sibt 6 ta’ Awwissu. Terence ipparteċipa f’dan il-Kampjonat b’mudell ġdid, Opel Tigra, li kienet suċċess sa mill-ewwel ġurnata.
Ir-rebbieħ tas-sibt li għadda kienKarl Micallef fuq Opel Corsa, segwiet minn Justin Buttigieg fuq Opel Nova, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa. Terence Azzopard iu Geert Grech daħlu fil-ħames u s-sitt post rispettivament, it-tnejn fuq Opel Tigra.
Finali B kienet mirbuħa minn Dorianne Galea segwieta minn Theo Micallef, it-tnejn fuq Ford Fiesta. Jerome Peplow daħal fit-tielet post fuq Kia Avella, segwiet minn Joseph Micallef fuq Opel Corsa. Matthew Borg u Luca Camilleri daħlu fil-ħames u s-sitt post rispettivament, t-tnejn fuq Opel Nova.
Il-Kampjonat ta’ Klassi B se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata b’ħhames punti biss jifirdu lil Dorianne Galea minn Nicovich Chircop.
L-aħħar round tal-kampjonat se jittella’ s-Sibt 27 ta’ Awwissu fis-7.30pm.