It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo ta’ taħt is-16-il sena rebaħ it-tieni logħba tiegħu mill-Kampjonat tad-Dinja taż-Żgħazagħ meta għeleb lill-Każakistan bi skor ta’ 13-3.
Din ir-rebħa tfisser li l-maltin rebħu l-grupp tagħhom, grupp F u issa javvanzaw fil-fażi li fiha jieħdu sehem il-pajjizi l-aktar b’saħħithom u jisfidaw għall-ogħla pozizzjonijiet. Dan ifisser li Malta issa tinsab mal-aqwa 16-il team fid-dinja. L-avversarju li jmiss ta’ Malta se jkun xi ħadd bejn l-Afrika t’Isfel u t-Turkija.
Malta rebħet l-ewwel sessjoni 3-0 u t-tieni waħda 3-1. it-tielet sessjoni ġiet iddominata mill-maltin b’rebħa ta’ 4-0. Aktar kumbattuta l-aħħar sessjoni, li għal darb’oħra intrebħet mit-team malti bi skor ta’ 3-2.
L-aħjar skorer għal Malta reġa’ kien Jayden Cutajar b’erba’ goals. Zak Cutajar Licari, Cain Cutajar u Elijah Schembri skurjaw żewġ goals kull wieħed filwaqt li Luigi Dimech, Jayden Cassar u Sam Engerer skurjaw goal kull wieħed.
Maltin li l-Ħadd rebħu l-ewwel logħba tagħhom kontra l-Istati Uniti 10-7. Il-Kampjonat tad-Dinja qed isir f’Volos il-Greċja.
Team malti li huwa mmexxi mil-kowc Anthony Farrugia.