Matul il-lejl li għadda, mara ta’ 34 sena, allegat li ġie stuprata f’San il-Baħar. Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra kienet infurmata b’dan il-każ għall-ħabta tas-2.30a.m.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 34 sena, residenti San Pawl il-Baħar kienet iżjed kmieni, għall-ħabta tal-11p.m. tal-bieraħ filgħaxija ltaqgħet ma’ raġel ta’ karnaġġjon skur u dan allegatament stupraha fl-inħawi ta’ Dawret il-Qawra, f’San Pawl il-Baħar.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatret Inkjesta Maġisterjali.