Raymond Balzan ta’ 64 sena minn Bormla nżamm arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.
Huwa kien arrestat tard l-Erbgħa filgħaxija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li fil-pussess tiegħu nstabu madwar tliet kilogrammi ta’ sustanza suspettata droga eroina wara informazzjoni anonima.
L-imputat, li huwa pensjonant, wasal Malta b’titjira KM421 minn Brussell, il-Belġju, fejn meta twaqqaf infetħet il-bagalha instabet is-sustanza.
Il-Pulizija għalhekk fetħu l-bagalja u f’qiegħ falz instab pakkett kbir li fih kien hemm id-droga, b’valur ta’ madwar €600,000.
Ma kienx hemm kontestazzjoni għall-validità tal-arrest.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni għamlet talba għall-iffriżar tal-assi tal-imputat li kienet milqugħa mill-Qorti.
F’dan l-istadju d-difiża m’għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest.
Għaldaqstant, Balzan inżamm arrestat.