Fl-ewwel leg tal-fażi tal-play-offs tal-UEFA Ewropa Conference League, Hamrun Spartans FC ġew megħluba minn Partizan Belgrade tas-Serbja 4 – 1 f’logħba li prattikament kienet magħluqa fl-ewwel 45 minuta.
Kien Ricardo Gomes li poġġa lil Partizan fil-vantaġġ wara kwarta logħob u għaxar minuti wara l-avversarji tal-Maltin irduppjaw permezz ta’ Urosevic.
B’Hamrun mingħjar risposta, s-Serbi skorjaw it-tielet gowl fil-33 minuta permezz ta’ Diabete biex l-ewwel taqsima intemmet 3 – 0.
Hamrun Spartans ħarġu xi ftit aktar organizzati fit-tieni taqsima u Matthew Guillaumier fil-52 minuta naqqas id-distakk u għamel l-iskor 3 – 1. L-Spartans għamlu kuraġġ u dan il-gowl daħħal ftit tal-kunfidenza fil-plejers ta’ Nisevic iżda Partizan kienu organizzati u fil-77 minuta reġaw sabu ix-xibka din id-darba permezz ta’ Patrick.
Lis-Spartans għamlu dak kollu possibli iżda r-riżultat baqa lis-stess.
Skor Finali FK Partizan Belgrade 4 Hamrun 1 bit-tieni leg tintlagħab f’Malta l-Ħamis 25 t’Awwissu.
Ritratt: Domenic Aquilina