Marsaskala Fish and Fish rebħu l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-waterpolo hekk fit-tieni finali tal-play offs għelbu lil Valletta Izibet 9-5. Huma komplew fejn kienu ħallew fl-ewwel play off meta kienu rebħu lil Valletta bla tant tbatija.
B’hekk Marsascala temmew is-sena bil-kbir bir-rebħ tal-unuri kollha: Kampjonat tas-Sajf, Kampjonat tax-Xitwa u l-kompetizzjoni Knock Out.
Marsascala rebħu l-ewwel sessjoni 4-1. Valletta irreaġixxew bir-rebħ tat-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2. L-iskalin rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba 3-1. Il-beltin rebħu l-aħħar sessjoni 1-0.
L_aħjar skorer għal Marsascala kien David Pace Lupi bi tliet goals.
Fi tmiem il-logħba, Jean Claude Cutajar u Jurgen Micallef għollew it-tazza ippreżentata lilhom mill-Ministru tal-Edukazzjoni & Sport l-Onor Clifton Grima flimkien mall-uffiċjal tal-BOV Joe Agius u l-president tal-ASA Joe Caruana Curran.