F’Pariġi niżlet xita qawwija wara mewġa ta’ sħana fi Franza, tant li bosta stazzjonijiet tal-metro fil-belt kapitali Franċiża sfaw megħrqa.
L-Uffiċju Meteoroloġiku Franċiż irrapporta li fi spazju ta’ siegħa, Pariġi rat xita li s-soltu jinżel tul xahar sħiħ.
Numru ta’ persuni li kienu fil-belt qalu lill-midja Franċiża li raw xeni tal-biża hekk kif ix-xita bdiet dieħla f’karozzi tal-linja.
L-awtoritajiet f’Pariġi wissew lill-pubbliku sabiex jibqgħu f’darhom.
Huwa stmat ukoll li parti kbira tan-nofsinhar ta’ Franza se jara maltemp simili fil-jiem li ġejjin.