Riċerkaturi fl-Awstralja u l-Istati Uniti se jkunu qed jibdew proġett multi miljunarju sabiex ireġġgħu lura speċi ta’ annimal estint magħruf bħala Tasmanian Tiger.
L-aħħar annimal ta’ din l-ispeċi miet fl-elf disa’ mija sitta u tletin.
It-tim ta’ xjentisti stqarru li l-annimal jista’ jerġa’ jitreġġa’ lura permezz ta’ ċelloli eżistenti ta’ annimal b’DNA simili, u li dan il-proġett jista’ jara li l-ewwel annimal ta’ dan l-ispeċi jerġa’ jeżisti fis-selvaġġ fi żmien għaxar snin.
Il-popolazzjoni ta’ din l-ispeċi bdiet tonqos b’mod sinifikanti meta’ l-umani waslu fl-Awstralja eluf ta’ snin ilu sakemm dawn kienu jinsabu biss fuq il-gżira ta’ Tasmania, u wara li bdiet il-kaċċa għalihom fuq il-gżira, dawn saru estinti.