L-assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, l-MFA, ħabret li ser tkun qed tipparteċipa mill-ġdid fil-UEFA Regions Cup.
F’din il-kompetizzjoni ser jikkompettu 35 assoċjazzjoni min nazzjonijiet differenti fit-tmien mini tournaments bir-rebbieħa ta’ kull grupp jikkwalfika għal fażi finali ta’ Ġunju 2023.
Malta ser tikkompeti f’Grupp 8 flimkien ma’ Split tal-Kroazja, Belgrad tas-Serbja u RAT tal-Ukrajina.
Il-kowċ tas-selezzjoni Maltija ser jkun Alfred Attard, li bħalissa qed jokkupa l-rwol ta’ Direttur Tekniku ta’ Sliema Wanderers. Attard ser jkun assistit minn Clint Tabone, li fil-mument huwa l-Head Coach tan-Nursery ta’ Lija / Iklin filwaqt li t-Team Manager huwa Kevin Mifsud.
Il-plejers eleġibli li jilagħbu huma dawk li għandhom status ta’ amateurs u li jilagħbu fic-Challenge League, Amateur League u fil-kampjonati Għawdxin.
It-tournament ser isir f’Zadar il-Kroazja bl-ewwel logħba tintlagħab fil-28 ta’ Settembru.
Ritratt: UEFA