Id-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura nieda proġett pilota għal żmien sena biex tinġabar informazzjoni dwar is-sajda tal-imrejkba.
Dan bil-għan li jkompli jkun assigurat li s-settur tas-sajd f’pajjiżna jibqa’ jkun wieħed sostenibbli.
Għaldaqstant, dan il-proġett se jkun qed iservi bħala konsultazzjoni mas-sajjieda dilettanti li jagħmlu din it-tip ta’ sajda.
Intant, tnieda wkoll logbook biex min jagħmel din is-sajda jniżżel id-dettalji ta’ dak li jkun qabad u minn fejn b’hekk tinġabar l-informazzjoni neċessarja dwar din it-tip ta’ sajda tradizzjonali.
Fl-aħħar tax-xahar is-sajjieda rikreattivi jgħaddu l-informazzjoni biex tkun miġbura mid-Dipartiment ħalli tkun regolarizzata.
Is-sajda tal-imrejkba tradizzjonali tħalli struttura triangolari magħmula minn qasab u pajpijiet tal-plastik, b’arblu bil-qlugħ miżbugħ b’kulur jgħajjat.
Mal-kosta ta’ pajjiżna hawn sittax il-żona fejn din is-sajda tista’ tiġi ppratikata; bi ħdax għall-imrejkba tal-wiċċ u tal-qiegħ u l-ħames żoni l-oħra għall-imrejkba tal-wiċċ biss. L-imrejkba tista’ toħroġ sa masismu ta’ 250 metru mill-art u ma tistax tiġi ppratikata minn fuq opri tal-baħar.