Il-Kapuċċini se jgħaddu l-parroċċa u l-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fil-Marsa f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Dan tħabbar fuq Facebook it-Tnejn filgħaxija mis-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi li spjega kif din l-aħbar il-poplu marsi kien ilu jistenniha. Azzopardi sostna li mhux faċli tifred il-Kapuċċini mill-Marsa, u fil-fatt, il-Marsa kienet l-unika lokal li l-Franġiskani kellhom żewġ parroċċi.
B’hekk issa se jifdal biss il-Parroċċa Trinita’.
Kienu bosta li rreaġixxew għall-aħbar li issa l-Ordni Franġiskani Minuri, li tibqa’ maħbuba minn ħafna, issa se tkun qed tgħaddi t-tmexxija ta’ din il-parroċċa f’idejn l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna.
Zammit, bħas-Sindku Azzopardi qablu, rrimarka l-ġid li ħalliet l-ordni permezz tal-patrijiet kapuċċini fi ħdanha, tul is-snin f’din il-komunità.