L-Iran iwaħħal f’Salman Rushdie nnifsu dwar l-attakk li sofra ftit tal-jiem ilu fi New York, filwaqt li ċaħad kategorikament li kellu x’jaqsam ma’ dak li attakkah.
Rushdie huwa awtur ta’ 75 sena, kien attakkat fuq palk tant li kellu jitpoġġa fuq il-ventilatur u għamel xi ħin ma jistax jitkellem kawża tad-daqqiet ta’ sikkina li qala’.
Intqal li jekk isalva xorta hemm ċans jagħma minn għajn waħda.
Saħtu tjiebet kif ġurnata wara li safa’ attakkat beda jerġa’ jitkellem gradwalment.
Rushdie huwa l-awtur tal-The Satanic Verses li ppubblika lura fl-1988 minn meta beda jirċievi bosta theddid fuq ħatju.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken akkuża lill-midja tal-istat Iranjana li rrapurtat b’ħafna pompa l-attakk filwaqt li sejħitlu retribuzzjoni divina.
Barra minn hekk, huma sejħu l-għajn li jista’ jitlef Rushdie bħala, l-għajn tax-Xitan li issa se tagħma.
Huwa kien attakkat minn persuna fi New York u wara ittieħed fi sptar f’Pennsylvania permezz ta’ ħelikopter biex jiġi rikoverat.
Hati Matar, ta’ 24 sena minn New Jersey kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ u qiegħed jiġi akkużat li ta minn tal-inqas għaxar daqqiet ta’ sikkina lill-awtur f’wiċċu, f’għonqu u f’żaqqu. Dawn tal-aħħar laqtulu l-fwied u diversi nervituri f’dirgħajh.