Raġel ta’ 38 sena mill-Mosta u mara ta’ 48 sena mis-Siġġiewi ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu nvoluti f’argument bejn grupp ta’ nies fi stabbiliment fi Triq is-Santwarju f’Birkirkara.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li grupp ta’ nies qajmu argument u aggredew lill-allegati vittmi.
L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li qed jinżammu tlett irġiel biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.