Ħadd ma’ weġġa’ wara li f’maħżen taż-żebgħa f’Boiler Wharf, l-Isla żviluppaw xi nirien u dħaħen filwaqt li nstemgħu xi splużjonijiet fil-madwar.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ dan l-istazzjon li n-nar beda minn ħsara f’sistemi tal-elettriku.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, uffiċjali tal-Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien li tkebbsu.