Għas-sitt darba konsekkutiva, OKMalta.com rebħu l-league nazzjonali tal-bowling issanzjonat mill-Malta Bowling Association (MBA) – Division 1.
Ir-renju tagħhom bħala l-aqwa tim f’Malta beda fit-tieni parti tal-2019 – sentejn u nofs ilu. Dan jinkludi staġun li kellu jintemm qabel iż-żmien ħabba l-pandemija.
OKMalta.com irnexxielhom ikomplu jirbħu bl-istess roster tal-qalba: Dennis Mercieca, Kenneth Arpa, Rankin Camilleri, Mauro Anastasi, u Nicholas Muscat (l-aktar akkwist riċenti tagħhom). Kenneth Arpa huwa ċ-ċampjin nazzjonali, Mauro Anastasi kien iċ-ċampjin nazzjonali għal ħames snin ta’ qabel, u Nicholas Muscat spiċċa dal-istaġun bl-ogħla medja mill-plejers kollha f’Division 1 (medja ta’ 211 kull logħba). Muscat rebaħ l-ewwel diviżjoni ħames darbiet f’ħames staġuni minn mindu ngħaqad mat-tim.
OKMalta.com rebħu l-kampjonat b’116 punt mil-144 punt possibli, li tfisser li rebħu 80.6% mill-punti kollha li setgħu jirbħu fit-18-il ġimgħa (8 punti possibbli kull ġimgħa).
“Tm Brunswick” spiċċaw it-tieni fil-kampjonat bl-iskwadra ta’ Sue Abela, Kayden Laganà, Nicolai Mallia, Chris Fenech, Daniel Grech, u Matthew Magro. Powerfruit spiċċaw fit-tielet post fil-klassifika bir-roster ta’ Neil Sullivan, Steve Cassar, Paul Gray, Cynthia Frendo Duca, Philip Gruppetta, u Dwayne Zahra.