L-FBI elevaw ħdax-il sett ta’ dokumenti mill-propjetà tal-Eks President Amerikan Donald Trump f’Mar-a-lago, b’uħud immarkati bħala sigrieti.
Dawn id-dokumenti jistgħu jagħmlu ħsara kbira lill-Istati Uniti, madanakollu Trump qal li m’għamel xejn ħażin u stqarr li d-dokumenti ma kinux għadhom sigrieta.
Din kienet l-ewwel darba li dar ta’ Eks President Amerikan ġiet mfittxija fuq akkużi ta’ spjunaġġ. Minkejja li l-każ għadu għaddej ġiet ippublikata l-lista tal-affarijiet konfiskati u l-warrant tal-FBI biex wettqu t-tfittxijiet.