Hekk kif id-dinja diġitali tgħin ħafna lil dak li jkun biex tiffaċilitalu ħajtu, mhux dejjem kollox jimxi ward u żahar.
Familja mill-Awstralja kellhom esperjenza qarsa wara li Google Maps ingannahom waħda sew.
Dan wara li Darian Aspinall flimkien ma’ ommha u ż-żewġ uliedha, spiċċaw imfittxija mill-awtoritajiet hekk kif wara li telqu bil-karozza, sparixxew.
Ġara li wara li bdew ifittxu triqithom permezz ta’ Google Maps, din l-app bdiet turihom it-toroq minn fejn jgħaddu għad-destinazzjoni f’Adelaide. Iżda jidher li minn triq għal oħra, Google Maps żvijjahom għal-żona fis-selvaġġ tant li lanqas setgħu jiġu kkuntattjati permezz tal-mobile.
Wara sigħat ta’ mixi, hekk kif spiċċaw maqbuda fiż-żona, iddeċidew li jirritornaw lura fil-vettura biex jistennew lil xi ħadd isibhom.
48 siegħa wara, ħelikopter li kien għaddej fiż-żona lemaħ lil din il-familja jxejru għall-għajnuna.