Mara ta’ 32 sena mill-Prtugall sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-quadbike, f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xlendi, il-Munxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Portugiż, li miegħu kien hemm passiġiera l-mara, tilef il-kontroll tal-quadbike tat-tip Access bil-konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.