Raġel ta’ 30 sena minn Borma ma nstabx ħati li, f’Awwissu 2020, seraq mat-€300 minn kartiera ta’ raġel li kien raqad fil-karozza.
Madankollu, huwa ġie kkundannat 6 xhur ħabs wara li kiser il-kundizzjoniet imposti minnu mill-Qorti wara li ammetta li kien barra f’ħin meta suppost kien miġbur id-dar.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni spjegat li Sean Grech ġie identifikat minn filmat elevati minn kameras tas-siġurtà li jinsabu f’Misraħ Gavino Gulia, f’Bormla.
Fil-filmati, Grech jidher iddaħħal idu fit-tieqa tal-passiġġier u jixxabbat ’il ġewwa.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti qalet li, għalkemm il-Prosekuzzjoni ġabet il-filmati elevati mill-kames tas-sigurtà, dawn ma jurux lill-akkużat jieħu l-flus.