Malta fost l-iktar popolari fuq Twitter, dan hekk kif tinsab propju fit-tielet post bħala l-aktar li saru tweets dwarha. Pajjiżna huwa t-tielet l-aktar popolari fuq twitter, jiġifieri li dwaru n-nies tkellmu u użaw il-kelma Malta fi tweets tagħhom.
Fuq twitter saru 8,746 tweet dwar Malta filwaqt li ftit tal-jiem ilu anke l-#EU2017MT kienet minn tal-ewwel, li hija l-hash tag użata matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna.
Jekk wieħed jikteb #Malta fuq Twitter malajr jintebaħ li l-maġġoranza tat-Tweets huma pożittivi u ta’ tifħir għal pajjiżna.