Unġeriża li kienet qed tiġbed filmat f’Roszke, mal-fruntiera ta’ bejn l-Ungerija u s-Serbja, ingħatat sentenza ta’ tliet snin probation wara li dehret quddiem il-Qorti ta’ Szeged.
Dan wara filmat li deher fuq is-sit soċjali facebook li juri l-mara tagħti bis-sieq lil tifla ċkejkna ta’ seba’ snin li kienet id f’id ma’ missierha, refuġjat Sirjan.
Dan fil-mument li madwar 400 immigrant irnexxilhom jaqsmu din iż-żona minkejja l-infurzar li sar mill-Pulizija.
Il-filmat rawh aktar minn 2,400 ruħ fuq Twitter. Ftit wara dan l-inċident, Lazlo tilfet l-impjieg tagħha mill-istazzjon nazzjonali tal-Ungerija, N1TV.