Il-verżjoni tat-tfal tas-serje televiżiva The Voice qed tinġibed fit-teatru nazzjonali Malti.
The Voice huwa serje bil-għand li tinstab l-istilla il jmiss fid-dinja tal-kant. Il-verżjoni tat-tfal tinkludi dawk li għandhom bejn it-8 snin u l-14-il sena. Bħas-serje oriġinali The Voice TV, The Voice Kids fih serje ta’ ‘blind auditions’ li fihom, parteċipanti jiffaċċjaw tliet kowċis mill-aqwa – kull wieħed famuż fl-industrija tal-mużika lokali.
Il-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel, Massimo Zammit, qal li disa’ minn ħdax-il produzzjoni se jkunu irrekordjati fit-Teatru Manoel. “Bis-sistema riċenti ta’ kontroll tal-klima fit-teatru, The Voice Kids toffri opportunità biex il-Manoel jibqa’ miftuħ u operattiv meta normalment jagħlaq għas-sajf.
“Permezz ta’ din il-produzzjoni televiżiva rinomata, is-sbuħija u l-istorja tat-teatru nazzjonali jista’ jiġi apprezzat b’mod ġdid u nilħqu aktar nies minn qatt qabel, filwaqt li nilħqu l-għan tagħna li nappoġġjaw lill-artisti żgħażagħ b’talent,” temm jgħid Zammit.