Bil-mod kif Salvu Mallia qed jiddetta u jagħmel il-kundizzjonijiet lil Simon Busuttil, fuq politika u fuq kif imexxi l-Partit, huwa sar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Dan kien kliem il-Partit Laburista dwar Salvu Mallia li wara li qabbel il-Prim Ministru mal-pesta, mal-kanċer u mad-dittatur Adolf Hitler, Simon Busuttil ħareġ jiddefendi l-‘lingwaġġ kulurit’ tal-kandidat Nazzjonalista.
Fi stqarrija oħra, l-Partit Laburista qal li għal Simon Busuttil, huwa aċċettabbli li kandidat tiegħu, Salvu Mallia, li qed jimbuttah b’ saħħa, jirreferi għal Adolf Hitler b’mod pożittiv u ddeskrivih bħala “progressiv”.
“Il-fatt li Simon Busuttil baqa’ sieket wara dikjarazzjoni bħal din huwa ta’ inkwiet mhux biss għall-Partit Nazzjonalista iżda għall-pajjiż,” fi kliem il-Partit Laburista.