It-Tnejn 9 t’Awwissu qed tiġi meqjusa bħala ġurnata storika għal klabb ta’ Valletta FC hekk kif waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ġew approvati l-emendi meħtieġa fl-istatut sabiex Valletta FC isir kumpanija u għalhekk tiġi iffurmata l-Valletta FC Holdings.
Valletta FC Holdings ser tkun il-membru ewlieni tal-klabb flimkien ma’ dawk in-numru ta’ membri oħra rikjesti mil-liġi sabiex il-klabb jibqa’ jiffunzjona bħala assoċjazzjoni sportiva għat-termini tal-kodiċi ċivili.
Alexander Fenech, li wara l-finali tal-FA Trophy ħabbar li ma’ kienx ser jibqa’ President tal-stess Valletta FC, mill-ġdid ġie maħtur President tal-stess Valletta FC filwaqt li l-ex President Victor Scriha ġie maħtur bħala l-ewwel Chairman tal-Valletta FC Holdings.
Paul Spiteri, li mexxa din il-laqgħa u li għal 42 sena sħaħ kien membru u Viċi President f’ħdan il-kumitat tal-stess Valletta FC, ħabbar li ma’ kienx ser jibqa’ jservi fil-kumitat tat-tim belti.