Fit-tieni leg tat-tielet rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League Gżira United ġew megħluba fic-Centenary Stadium minn Wolfsberger AC tal-Awstrija bl-skor ta’ 4 – 0.
Wara li l-ewwel leg fl-Awstrija intemmet f’parita ta’ 0 – 0, Wolfsberger AC skurjaw darbtejn f’kull taqsima biex kwalfikaw għal play-offs.
L-ewwel gowl tal-partita wasal fil-12 il-minuta, gowl skurjat minn Baribo b’Baumgartner fil-33 minuta jagħmilhom 2 – 0 liema skor baqa lis-stess sat-tmiem l-ewwel taqsima.
Mal-bidu tat-tieni taqsima Gżira spiċċaw jilgħabu b’plejer anqas meta tkeċċa Zack Scerri għat-tieni karta safra.
Ma’ kważi siegħa logħob Wolfsberger ingħataw penalty li minnhu Rocher ma’ falliex u għamel lis-skor 3 – 0.
Fil-66 minuta Gżira spiċċaw jilgħabu b’9 plejers, din id-darba tkeċċa l-attakant Jefferson.
Bil-partita mirbuħa u mitlufa, l-Awstrijaċi skorjaw ir-raba gowl fl-84 minuta permezz ta’ Boakye għal skor finali ta’ 4 – 0.
Ritratt: Gzira United FC