Restorant li jservi ikel Ċiniż fl-Italja qed jiġi investigat wara li ħaddiem tal-istess restorant poġġa ritratt fuq il-midja soċjali ta’ saqajn ta’ bniedem fil-kċina. Ir-ritratt juri kif dawn is-saqajn kienu waslu fi stat ta’ dekompożizzjoni.
Dan ir-ritratt ħareġ fl-aħħar jiem wara li turist Slovenian mar f’dan ir-restorant f’Padua l-Italja u ordna saqajn tal-ors, li huwa platt Ċiniż magħruf u mfittex mill-bosta.
Il-waiter li poġġa dan ir-ritratt fuq is-sit soċjali facebook u li ismu mhux qed jiġi mxandar fil-midja, allega li flok is-saqajn tal-ors, il-klijent ġie servut saqajn ta’ bniedem.
Kien klijent Taljan li jmur f’dan ir-restorant regolarment li għamel rapport b’dawn ir-ritratti lill-Awtoritajiet konċernati.
L-uffiċjali tal-Pulizija u tas-saħħa li għamlu inspezzjoni ta’ dan ir-restorant sabu laħam u ħut li l-oriġini tagħhom huwa dubjuż. Instabu ukoll saqajn taż-żrinġijiet u laħam tal-granċ li kienu skaduti.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.