Carmelo Refalo ta’ 81 sena qiegħed ikun akkużat li abbuża sesswalment minn tifla ta’ ħames snin.
L-allegat każ seħħ it-Tnejn f’daru fl-Imsida.
Refalo wieġeb mhux ħati li kkorrompa minuri u li ġiegħlha tagħmel atti ta’ natura sesswali miegħu, waqt li kien taħt ordni ta’ probation li kienet ngħatatlu fl-2020.
Il-każ qiegħed jinstema’ wara bibien magħluqa u hu mifhum li se tinstema’ wkoll xhieda tat-tifla permezz ta’ filmati.
L-Ispettur Kylie Borg ikkomfermat li r-raġel u l-vittma ma jiġux minn xulxin.