Fl-Ingilterra hemm veduta li tant hija ta’ ispirazzjoni li saħansittra hemm diska dwarha: Solsbury Hill ta’ Peter Gabriel, diska li kienet hit fis-snin 70.
Mara Ingliża li kellha din il-veduta mid-dar tagħha fetħet kawża legali kontra l-ġirien tagħha, minħabba li għattewla totalment din ix-xena spettakolari li kienet tgawdi mill-propjetà tagħha. Il-battalja legali ilha għaddejja 20 sena, u issa inqatgħat kontra Val Horton, il-mara li spiċċat bla veduta.
Il-ġirien tal-mara bdew ikabbru siġar kbar ħafna. L-argument legali ta’ Horton kien ibbażat fuq l-Att legali dwar l-Imġieba Antisoċjali. Barra minn hekk, ingħad li l-ġirien kabbru s-siġar bħala vendikazzjoni, wara li ġew irrifjutati permessi biex il-propjetà tagħhom tkun żviluppata aktar.
Madanakollu, Horton kellha tammetti telfa, hekk kif il-Qorti sabet li d-dar tagħha għadha tieħu biżżejjed dawl, u s-siġar ma jimblukkawx l-aċċess għall-proprjetà tagħha. B’hekk il-Kunsill ta’ Bath u Somerset ma jistax jordna li dawn is-siġar jinqatgħu.
Dawn huma ritratti tal-veduta li kienet tara Val Horton: qabel u wara.

