Raġel mir-Romanija ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq minn basket ta’ turista waqt li kienu fuq karozza tal-linja.
Huwa akkużat li seraq flus kontanti, dokumenti u karti tal-kreditu, u li prova jagħmel użu minnhom.
Fil-Qorti nstema’ kif ir-reat seħħ f’Lulju li għadda fuq karozza tal-linja bejn l-Għadira u Buġibba, u li r-reat deher minn kameras tas-sigurtà li ġiet sotomessa bħala evidenza.
Huwa ġie ordnat iħallas il-flus lura lill-mara mingħand min seraqhom.
Il-Qorti tagħtu sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin.